Friday, July 19, 2024

Ikkundannat 14 -il sena ħabs wara li ammetta li pprova joqtol lil martu u ħbiha f’kamra taħt l-art

Aqra wkoll

Raġel ta ta’ 44 sena mis-Seychelles ġie ikkundannat 14-il sena ħabs wara li fil-Qorti, ammetta li seba’ snin ilu ipprova joqtol lil martu. Huwa ammetta wkoll li ħbieha f’kamra taħt l-art fl-inħawi tal-bajja tar-Rinella.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-każ imur lura għal Ottubru tal-2017, meta l-mara tal-akkużat irċeviet messaġġ u li meta din ċemplet, wieġbha żewġha u talabha sabiex jiltaqgħu ximkien.

Ingħad ukoll li l-familjari tal-mara kienu għamlu rapport lill-Pulizija hekk kif din għebet u ma setgħu jsibuha imkien. It-tifel tal-vittma kellu suspett li l-akkużat kien involut fil-ħtif ta’ ommu. Dan minħabba, li kien rah miexi u li meta raw lil xulxin, dan ħarab minn fuq il-post.

Kien hawn fejn iben il-vittma, permezz tal-għajnuna mill-ġirien, żamm lill-akkużat. Fil-Qorti ġie spjegat ukoll li l-vittma ġiet salvata wara li l-akkużat kien qal lill-pulizija fejn qafel lill-martu.

Roddy Swinton William, tressaq fil-Qorti u kellu jgħaddi ġuri imma ammetta għall-akkużi ta’ attentat ta’ qtil, li stupra lil martu, li żammha kontra r-rieda tagħha, li beżzagħha u li weġġa’ ħafif lil binha.

Minbarra l-piena ta’ ħabs, William ġie ordnat sabiex iħallas €12,000 fi spejjeż tal-Qorti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport