L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, Son Heung-min, saħaq li hu mhux imħasseb mlil-bidu kajman tiegħu tal-istaġun il-ġdid u jinsab fiduċjuż li l-goals min-naħa tiegħu dalwaqt se jkunu qed jaslu.
Il-player internazzjonali tal-Korea t’Isfel dalwaqt jipi milħqu fid-difiża tiegħu taż-Żarbun tad-Deheb 2021-22 wara li naqas milli jsib ix-xobka f’sitt logħbiet tal-kampjonat s’issa dan l-istaġun.
Son – li skorja 23 goal fil-Premier League fl-aħħar staġun – provda biss assist wieħed matul dan l-istaġun, li kien dak li minnu waslet id-daqqa ta’ ras ta’ Eric Dier fir-rebħa ta’ 4-1 li l-Lilywhites kisbu fuq Southampton fl-ewwel ġurnata tal-Premier League fl-Ingilterra.