Tuesday, May 14, 2024

UCL: Il-partita bejn Rangers u Napoli tressqet b’ġurnata

Aqra wkoll

Il-partita valida mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League bejn Rangers u Napoli tressqet b’ġurnata, jiġifieri, l-Erbgħa minflok it-Tlieta.

Dan minħabba li hemm nuqqas ta’ pulizija biex tiġi aċċertata s-sigurtá wara li qed jiġu utilizzati biex iżommu l-ordni wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II li ġrat nhar il-Ħamis, fil-kastell Balmoral, f’Aberdeenshire fejn hija kienet taqqa’ l-btajjel tas-sajf.  

Barra minn hekk mhux se jitħallew partitarji ta’ Napoli jivvjaġġaw lejn Glasgow għal din il-partita. Min-naħa l-oħra mhux se jitħallew partitarji ta’ Rangers jivvjaġġaw lejn Napoli fil-logħba ta’ ritorn.

Sport