Waqt testijiet ta’ rutina fl-ajruport, id-Dwana rnexxielha tiskopri flus mhux dikjarati fuq passiġġier li kien se jħalli l-gżira.
Il-kelba Sophie mis-sezzjoni tal-K9 tat indikazzjoni ta’ suspett f’passiġġier li kien se jħalli pajjiżna lejn l-Istanbul.Meta mistoqsi mill-uffiċjali mis-sezzjoni ta’ kontra l-ħasil tal-flus, il-passiġġier qal li kellu anqas minn 10,000.
Minkejja dan, minn tfittxija li saret fuq il-persuna u fil-bagalja nstabu €11,650. Il-passiġġier kien immultat minnufih.