Wednesday, April 24, 2024

Ivan Bartolo jċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu lill-kap il-ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo ħabbar li se jkun qed jirriżenja mill-Parlament biex iċedi s-siġġu tiegħu lill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Permezz ta’ post fuq Facebook kmieni dalgħodu, Bartolo rringrazzja lill-kostitwenti li fdawh li jirrappreżentahom fil-Parlament. Fl-istess waqt huwa qal li b’dan il-pass se jkun qed jagħti l-possibilità lill-partit biex jerġa’ jikseb mill-ġdid il-fiduċja li ntilfet fl-aħħar snin. Kompla jgħid li b’hekk l-Oppożizzjoni tista’ tikseb mill-ġdid il-kunfidenza u twassal il-messaġġ li tista’ sservi bħala gvern alternattiv.

Hu assigura lil kulħadd, speċjalment lill-kostitwenti fid-distretti li kkontesta, li se jkompli jaħdem b’iktar enerġija biex ikompli jservi lin-nies.

Sport