Friday, December 13, 2024

Sorpriża għall-fundatur tal-Mustung Club Malta fl-10 anniversarju mit-twaqqif tal-club

Mario Azzopardi
Mario Azzopardi
Kritiku tal-Films

Aqra wkoll

Il-Ħadd, 15 ta’ Mejju, il-Mustang Club Malta ċċelebra l-għaxar anniversarju tiegħu b’wirja ta’ 55 Ford Mustang minn kull epoka fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Imġarr. Felic Farrugia, fundatur u president tal-Mustang Club Malta, qal li din l-okkażjoni ġġib magħha sodisfazzjon kbir għalih, għal kull membru tal-kumitat, u membri tal-klabb.

Anke b’sorpriża ta’ Micallef, għal din l-okkażjoni, il-klabb stieden lil Manuela Mancin mill-Italja u lil Celine Delmas minn Franza. Manuela Mancin kienet diġà żaret Malta waqt avveniment ieħor tal-Mustang Club Malta f’għeluq il-50 anniversarju mill-introduzzjoni tal-Mustang minn Ford. Mancin hija wkoll membru onorarju tal-Mustang Club Malta. Mancin tmexxi klabb fl-Italja b’kuntatti internazzjonali għal nisa dilettanti u sidien tal Mustangs.

Għalkemm żaret Malta għall-ewwel darba, Celine Delmas għal ħafna snin għenet lill-membri tal-Mustang Club Malta meta attendew għal avvenimenti fi Franza, u għalhekk iltaqgħet ma’ bosta uċuħ familjari.

Fundatur u President tal-Mustang Club Malta Felic Farrugia qalilna li l-kumitat tiegħu issa beda jippjana biex fl-2024 jiċċelebra s-60 anniversarju mill-introduzzjoni tal-Mustang mill-Ford fl-14 ta’ April 1964.

Ekonomija

Sport