Saturday, April 27, 2024

Tarbija tmut fil-banju wara li ommha ħassha ħażin sigħat wara l-vaċċin tal-Covid

L-inkjesta kkonkludiet li ċ-ċkejkna mietet f'inċident sfortunat

Aqra wkoll

Tarbija mietet mgħarrqa fil-banju wara li ommha ħassa ħażin waqt reazzjoni mhux mistennija tat-tilqima tal-Covid.

Louise Atkinson intilfet minn sensiha waqt li ċ-ċkejkna ta’ disa’ xhur bl-isem ta’ Eleanor kienet qiegħda fi tliet pulzieri ilma.

L-omm kienet għadha kemm tlaqqmet bil-vaċċin tal-Astrazeneca fil-jum ta’ qabel. Il-missier tat-tifla spiċċa maħsud kif ra liż-żewġ għeżież tiegħu mitlufin minn sensihom mal-wasla tiegħu mingħand id-dentist. Huwa rnexxielu jqajjem l-omm, iżda ċ-ċkejkna kienet wiċċha fl-ilma.

Fl-inkjesta nstema’ kif il-missier ċempel għall-għajnuna li waslet biss sitt minuti wara u ċ-ċkejkna ġiet trasportata bl-ajru minn Christchurch, Dorset lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Southhampton. Sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta erba’ sigħat wara fit-23 ta’ Marzu 2021.

Minkejja li l-omm sostniet li qabel it-tilqima kienet b’saħħitha, l-inkjesta kkonkludiet li ċ-ċkejkna kienet qiegħda fil-banju taħt l-attenzjoni t’ommha meta din waqgħet fl-art mingħajr rispons. Dan wassal biex tarbija mietet b’konsegwenza ta’ inċident sfortunat.

Sport