Is-soru Nadia Gavanski ta’ 82 sena nqatlet brutalment fil-21 ta’ Frar li għadda meta raġel daħal fil-kunvent u beda jagħtiha daqqiet ta’ injama.
Gavanski li hija Ukrena kienet qiegħda sservi fil-missjoni fil-Brażil fil-belt ta’ Ivaí.
Skont dak li qiegħed jiġi rraportat fil-midja Brażiljana, il-pulizija nrexxielhom jarrestaw lis-suspettat ewlieni f’dan ir-reat. Is-soru li kienet qiegħda tgħid fil-kunvent tas-sorijiet tal-Immakulata Kunċizzjoni nqatlet wisq probabbli għax il-qattiel qiesha bħala “immigranta”
Fi stqarrija l-kunvent tas-sorijiet qal li “dan hu att ta’ vjolenza li qatt ma jista’ jiġi ġġustrifikat. Qal li s-soru ilha snin twal isservi lill-poplu Brażiljan u dejjem għexet f’art tal-missjoni ‘l bogħod minn pajjiżha.

