Sunday, December 22, 2024

Sospiż is-servizz tal-Fast Ferry bejn Għawdex u Malta minħabba l-ħsarat kbar li hemm fit-terminal

Aqra wkoll

Il-kumpaniji li joperaw is-servizz ta’ Fast Ferry bejn Għawdex u Malta kitbu nota lill-klijenti tagħhom li minħabba l-ħsarat kbar li hemm fit-terminal tal-Belt Valletta, is-servizz se jkollu jiġi sospiż.

Jidher li qiegħda ssir ħidma kbira kemm mill-kumpaniji u anke mill-awtoritajiet biex it-terminali jkun jista’ jerġa’ jibda jituża.

Kien dan is-sit li b’mod esklussiv wera permezz ta’ filmat il-ħerba l-ħalliet warajha l-maltempata li laqtet lill-pajjiżna fl-aħħar jiem.

Sorsi li tkellmu magħna qalu li l-ħsarat huma kbar u jammontaw għal eluf kbar ta’ ewro. Minkejja dan l-awtoritajiet qegħdin jagħmlu dak kollu posibbli biex it-terminal jerġa’ jibda jaħdem mill-aktar fiss.

Ekonomija

Sport