Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li l-allegat suspettat tal-omiċidju li seħħ fi Ġnien l-Indipendenza, Tas-Sliema, ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex ikun invistat mit-tobba u hemmhekk ġie riferut għall-Isptar Monte Carmeli.
L-istqarrija tkompli li għaldaqstant, f’dan l-istadju l-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjonijiet tas-suspettat.
Il-membri tal-istampa se jkunu aġġornati malli l-Pulizija jkollha żviluppi b’rabta ma’ dan il-każ.
Intant, il-vittma ġiet identifikata bħala Paulina Maria Dembska ta’ 29 sena, ta’ nazzjonalità Pollakka. Hija kienet qiegħda toqgħod f’hostel f’Tas-Sliema u kienet Malta bħala studenta.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tal-Iskwadra tal-Omiċidji u dawk tad-Distrett ta’ Tas-Sliema.