Saturday, December 14, 2024

Sospiżi r-restrizzjonijiet tal-Covid għall-ivvjaġġar lejn Malta għal persuni Ukreni li qed ifittxu ażil

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet tkellem ukoll dwar il-kwistjoni Ukrajna-Russja u qal li bħala Gvern u poplu Malti jestendu s-solidarjetà mal-poplu Ukren. Huwa qal li l-Ukrajna hi meqjusa bħala pajjiż dark red. Persuni minn pajjiżi dark red, jistgħu jiġu biss jekk ikunu residenti f’Malta jew ikollhom permess tax-xogħol f’pajjiżna. 

Fearne spjega li “fil-każ tal-Ukrajna se nagħmlu eċċezzjoni. Se naċċettaw persuni Ukreni li għandhom xi qraba f’pajjiżna, kif ukoll dawk iċ-ċittadini Ukreni kollha li qed ifittxu ażil se jkollhom il-possibilità li r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 għall-ivvjaġġar lejn Malta fil-każ tagħhom se jkunu sospiżi ħlief li meta jiġu Malta jkollhom jagħmlu perjodu ta’ kwarantina.”

Minbarra f’dan, huwa qal li l-awtoritajiet Maltin diġà qegħdin fil-proċess biex jibagħtu għajnuna umanitarja  kif ukoll biex jilqgħu fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo xi pazjenti Ukreni li jkollhom bżonn trattament għall-kanċer.

Ekonomija

Sport