Permezz ta’ stqarrija maħruġa ftit tal-minuti ilu, il-Korp tal-Pulizija ħabbar li tliet Kuntistabbli tal-Pulizija sfaw sospiżi wara allegazzjonijiet li dawn naqsu gravament fil-qadi ta’ dmirijiethom. Fost dawn l-allegazzjonijiet hemm użu ta’ vjolenza mhux meħtieġa fil-konfront ta’ persuni oħra.
Il-Korp tal-Pulizija skatta proċess ta’ investigazzjoni fil-konfront tal-imsemmija kuntistabbli waqt li l-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ fejn skatta proċess ta’ inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Dr Elaine Mercieca.
Intant, fl-istess stqarrija, il-Korp tal-Pulizija fakkar li ma jittollera l-ebda episodji simili mill-membri tiegħu li fil-maġġoranza tagħhom iwettqu dmirhom b’serjetà u lealtà lejn is-soċjetà u l-Korp li huma mitluba jservu.