Tuesday, April 30, 2024

Isofri minn ġrieħi serji wara inċident bil-mutur

Aqra wkoll

Ilbieraħ għal ħabta tas-13.30pm, il-Pulizija kienet infurmata b’inċident f’San Pawl il-Baħar li seħħ bejn mutur tat-tip Kymco u karozza Opel Corsa.

Investigazzjonijiet preliminari, jirriżultaw li żagħżugħ Ingliż ta’ 23 sena residenti f’San Pawl il-Baħar stess, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, b’konsegwenza li waqa’ minn fuqu, tkaxkar għal diversi metri b’konsegwenza li kellu impatt ma’ karozza misjuqa min raġel ta’ 63 sena residenti l-Mellieħa. L-inċident li seħħ fi Triq it-Tamar f’San Pawl il-Baħar.

Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post li ħa lill-Ingliż l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura neċessarja fejn aktar tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dr Elaine Mercieca, il-Maġistrat tal-Għassa, ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija tissokta bl-investigazzjonijiet tagħha relatati mal-każ.

Sport