Saturday, December 21, 2024

Sound barriers u ħinijiet tal-użu fost protokolli li se jħarsu s-saħħa u s-sigurtà

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għall-iSport, Dr Clifton Grima waqt l-indirizz tiegħu minn Ħal Far qal li xi xhur ilu f’kollaborazzjoni mal-istakeholders bdiet ħidma kontinwa mingħajr daqq ta’ trombi.

Grima qal li sa issa, uliedna marru barra biex jikkompetu barra minn xtutna, iżda permezz ta’ dan il-proġett se naraw li nattiraw professjonisti barranin li se jiġu biex jikkompetu f’pajjiżna u b’hekk ikompli jikber it-turiżmu sportiv.

Huwa faħħar il-ħidma ta’ Sports Malta li qiegħda tkompli temmen f’dawn id-dilettanti u l-professjonisti.

Grima qal li dan il-gvern huwa wieħed li jibdel l-isfidi f’opportunitajiet u wara ħafna studji soċjoekonomiċi li saru, illum seta’ jitħabbar dan l-investiment.

Grima qal li saru studju dwar il-ħsejjes u fuq kollox fuq l-art b’aktar minn 80,000 metru kwadru li hemm l-ambizzjoni li tkun l-aqwa fil-mediterran. Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-awtoritajiet konċernati raw li ma jmissux art agrikola u aċċerta lil kulħadd li l-art hija kollha proprjetà tal-gvern.

Huwa aċċerta lir-residenti li se jkun hemm titjib fir-riżorsi tal-post biex l-attività tibqa’ waħda sostenibbli u b’hekk se jkun assigurat li jsiru sound barriers biex jonqsu l-emmissjonijiet preżenti. Barra minn hekk se jkun hemm protokolli li jaċċertaw mis-saħħa u s-sigurtà tal-poplu kollu.

Grima temm isostni li permezz ta’ dan il-proġett pajjiżna se jkun qiegħed jagħmel qabża kbira u se jkun qiegħed isib postu biex jattira kampjonati Ewropej.

Ekonomija

Sport