Hekk kif Southampton neħħew lil Ralph Hasenhuttl mill-kariga ta’ kowċ, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb qed jaħsbu sabiex jingaġġaw lill-manager ta’ Luton Town Nathan Jones. Dan tal-aħħar hu kowċ minn Wales u għandu 49 sena filwaqt li ilu jmexxi lil Luton sa mis-sena 2020.
L-istess Luton taw permess sabiex diriġenti tal-Potters jitkellmu ma’ Jones u jidher li hemm possibbilta’ kbira li dan jħalli lill-klabb minn The Championship sabiex jingħaqad ma’ Southampton.
Attwalment Luton jinsabu fit-tmien post tal-klassifika ta’ The Championship.