Gareth Southgate se jkun qed jinkludi kemm lil Reece James kif ukoll lil Kyle Walker fl-iskwadra proviżorja tiegħu tat-Tazza tad-Dinja.
Il-manager tal-Ingilterra għandu ċ-ċans li jissottometti skwadra proviżorja sa 55 plejer li mbagħad tiġi mnaqqsa għall-iskwadra finali.
Il-FIFA titlob li t-32 pajjiż kollha li qed jikkompetu fil-Qatar ix-xahar id-dieħel jinkludu roster ta’ plejers għal “arranġamenti operattivi”, bħal visas u akkreditazzjoni, bl-iskwadra finali trid tinħareġ sal-14 ta’ Novembru li ġej.