Minkejja li Manchester United għadhom qed jagħtu fiduċja lill-kowċ Olandiż Erik Ten Hag, ir-realta’ li qed isemmu l-gazzetti Brittaniċi hi għal kollox differenti. Fil-fatt is-sid Jim Ratcliffe qed jagħmel pressjoni fuq il-kowċ li jekk ma jkunx hemm riżultati pożittivi, se tiġi kkunsidrata l-kariga tiegħu.
Sadanittant l-istess ġurnali Ingliżi qed jgħidu li żewġ coaches li bħalissa jinsabu bla klabb jistgħu jingħaqdu mar-Red Devils u dawn huma Gareth Southgate u Thomas Tuchel.
It-tnejn li huma għandhom esperjenza notevoli u wieħed irid jara jekk xi ħadd minnhom fl-aħħar mill-aħħar jispiċċax bilqiegħda fuq il-bank ta’ Manchester United.