Wednesday, October 14, 2026
Home Sport Malta Premier League: Bohrer Mentz isalva lil Gzira United fl-aħħar azzjoni tal-partita

Malta Premier League: Bohrer Mentz isalva lil Gzira United fl-aħħar azzjoni tal-partita

0
46
Ritratt: Mark Mangion

Gzira United …………1

Mosta …………………..1

Minn Cristian Muscat

F’partita ta’ antiċipazzjoni li kienet tħassret minħabba l-maltemp mis-sitt ġurnata, Mosta u Gzira United temmew fi draw ġust ta’ 1-1, bil-Maroons iġibu l-iskor indaqs b’mod drammatiku proprju ftit qabel it-tisfira finali tar-referee Alex Johnson.

Kien biss fis-27 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Gzira jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Fili­pe Bartolomeu kellu cross-shot insidjuż li ntemm f’sigurtá f’idejn il-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan.

Mosta wieġbu fis-36 mi­nuta meta free-kick sabiħ ta’ Geoffrey Achempong stampa mal-mimduda, bil-Blues jeħilsuha ħafif.

Minuta biss wara, ir-referee Johnson ikkonsulta l-FVS wara li Gabriel Bohrer Mentz deher li allegatament waqqa’ lil Kurt Zammit fil-kaxxa, bl-istess referee wara li kkonsulta l-FVS ħalla l-logħob għaddej.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Mosta ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta free-kick inisdjuż ta’ Nevin Portelli għadda ftit għoli. 

Il-Maroons wieġbu ħames minuti wara meta Andrew Borg dar tajjeb ma’ Akpan, qabel kellu l-konklużjoni tiegħu tintemm ftit għoli.

Fit-63 minuta, xutt ċentrali u fil-baxx ta’ David Xuereb ġie salvat minn mal-art minn Akpan.

Iżda kienu Mosta li fetħu l-iskor fit-82 minuta meta minn azzjoni li bdiet minn Thiago Espindola, il-ballun wasal għand EUGENE ADOLPHUS EBERE li minn ftit passi bogħod ma ħafirx.

Madankallu, kien għad fa­dal iktar drama, meta Gzira kisb d-draw proprju fil-ħin miżjud meta minn azzjoni ta’ corner, GABRIEL BOHRER MENTZ kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun, u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.

Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (Justin Pena Serna 85), Andre Carlos Penha da Costa, Joao Victor Teixeira De Souza (Marc Van De Font Bovenkamp 77), Filipe Mario Bartolomeu, David Xuereb (Dejan Farrugia 67), Francisco de Morais Saldanha, Mohamed Ange Fofana (Denis Djadjo 67) – Coach: Darren Abdilla

Mosta: David Udoh Akpan, Neil Frendo (Yemi Oderinde, Nevin Portelli (Bradley Farrugia 85), Peter Ohaka (Oscar Kenechi 60), Kurt Zammit, Prince Afriyie, Nathan Cross, Pedro Paualo Da Silva Barbosa, Geoffrey Edwin Acheampong, Thiago Espindola, Wanderson Pinheiro (Adolphus Ebere 60)   – Coach: Joseph Grech

Referee: Alex Johnson

assistenti: David Castillo, Ro­bert Curtis

Raba’ Uff.: Raiden Psaila

Skorers: E. A. Ebere 82 (M), G. Bohrer Mentz 93 (GU)

Ammoniti: W. P. Diniz. K. Zammit (M). J. Texieira, G. B. Mentz, M. Van De Font Bovenkamp, D. Djadjo (GU)

Player tal-Logħba: Geoffrey Ache­ampong (M)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here