Floriana FC u l-kowċ Daniel Portela mistennija jtemmu r-relazzjoni ta’ bejniethom wara d-draw tal-Ħadd kontra Balzan.
Skont rapporti, saru diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet fl-aħħar sigħat, u jidher li ntlaħaq ftehim reċiproku biex tintemm ir-relazzjoni professjonali tagħhom.
Għalhekk, il-logħba kontra Balzan mistennija tkun l-aħħar waħda ta’ Portela fit-tmexxija tal-“Greens”.
Madankollu, għadu ma ħareġ l-ebda komunikat uffiċjali minn Floriana FC.
Intant, Jean Paul Desira, li kien qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Tekniku fi ħdan il-klabb, mistenni jassumi r-rwol ta’ kowċ għalissa, fil-jiem u possibbilment fil-ġimgħat li ġejjin, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-futur tekniku tat-tim.




