Sunday, December 22, 2024

Spanja champions Olimpiċi

Aqra wkoll

Spanja rebħu l-midalja tad-deheb fil- football meta fil-finali għelbu lil Franza 5-3 fil-ħin barrani wara li sal-ħin regola­mentari l-iskor kien dak ta’ 3-3.

Wara li Enzo Millot (11) fetaħ l-iskor għal Franza, Spanja rrispondew bi tliet goals fi spazju ta’ 10 minuti minn doppjetta ta’ Fermin Lopez (18, 25) u Alejandro Baena (28).

Fit-tieni taqsima, il-Franċiżi żiedu l- pressjoni u naqqsu l-marġni tal-iskor minn Maghnes Akliouche (79) wara li Jean-Philippe Mateta naqas li jixħet il-ballun fix-xibka meta minn taħt il-lasti ma laqatx il-ballun.

Iżda huma patta għal dan in-nuqqas meta  fit-93 minuta huwa kiseb id-draw drammatiku għal Les Bleus mill-11-il metru.

Peró, kienet doppjetta Sergio Camello (100, 121) li tat ir-rebħa lil Spanja.

Il-Ġermanja jirbħu l-bronż tan-nisa

Il-Ġermanja rebħu l-midalja tal-bronż tan-nisa meta għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 1-0 liema partita kellha tmiem drammatiku.

L-uniku goal ta’ dan il-konfront wasal fil-65 minuta minn penalty ta’ Giulia Gwinn wara li ġiet imwaqqa’ mill-goalkeeper Spanjola, Cata Coll, fil-kaxxa.

Fis-sitt minuta tal-ħin miżjud, Spanja ngħataw penalty iżda mill-11-il metru Alexia Putellas rat it-tentattiv tagħha jiġi milqugħ mill-goalkeeper Ann-Katrin Ber­ger.

Ekonomija

Sport