Tuesday, September 16, 2025

Spanjola bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq ir-Repubblika f’Għawdex 

Aqra wkoll

Spanjola ta’ 29 sena, għal xil- 12:15 p.m., ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Mazda 2, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 64 sena residenti r-Rabat, Għawdex. 

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport