Sunday, December 22, 2024

Sparar – Trap: Gianluca Chetcuti jispiċċa fid-29 pożizzjoni

Aqra wkoll

It-tiratur Malti, Gianluca Chetcuti temm fid-29 post tal-kompetizzjoni tat-Trap tal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024, fir-round ta’ kwalifikazzjoni, li saret fix-shooting range ta’ Chateauroux. 

B’kollox ħadu sehem 30 tiratur fejn it-Tnejn saru l-ew­wel tliet round li fihom laqat 69 minn massimu ta’ 75 u temm fit-28 post. 

Proprju t-Tlieta saru iż-żewġ round l-oħra fejn laqat 47 minn 50. Wara li fir-raba’ round laqat il-plattini kollha, fil-ħames round falla fuq id-disa’, it-13 u 18-il plattin għal total ta’ 116 minn massimu ta’ 125.

B’hekk huwa safa eliminat fejn spiċċa fil-post ta’ qabel l-aħħar quddiem it-tiratur ta’ Oman, Said Al Khatari.

Ekonomija

Sport