Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija kienet msejħa biex tinvestiga sparatura fi blokka appartamenti fi Triq Monsinjur Innoċenz Zammit kantuniera ma’ Triq Dijonisju Famucelli bejn is-Swatar u l-Imsida.
Il-Pulizija, minkejja li sabu għadira demm fil-blokka tal-appartamenti u balla kantuniera ‘l bogħod u sabu ebda sinjali li setgħu iwassluhom għall-vittma jew għall-aggressur.
Huwa għalhekk li l-Pulizija qed tqis din l-isparatura bħala waħda misterjuża.