Żagħżugħ qed jiġġieled għal ħajtu wara sparatura tal-massa f’logħba mir-Raba’ Diviżjoni Arġentina.
Il-partita, li kienet bejn żewġ timijiet minn Buenos Aires Club Lujan u Club Alem, ġiet sospiża wara 15-il minuta hekk kif seba’ persuni ntlaqtu minn sparatura fil-ground ta’ Campo Municipal de Deportes, fil-kapitali Arġentina.
Madwar 20 persuna ndarbu fil-kaos li nqala’ minkejja li l-pulizija ppruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni bl-użu ta’ ‘rubber bullets’.
Il-midja lokali sostniet li l-ultras tal-viżitaturi sparaw fuq partitarji tat-team ospitu fil-viċinanzi tal-ground wara li nqala’ ġlied kbir.
Ġie rrapurtat li żagħżugħ ta’ 18-il sena jinsab f’qagħda gravi riżultat tal-isparatura b’oħrajn feruti minħabba l-ġlied bejn iż-żewġ naħat.