Spartak Moscow mistennija jitkeċċew mill-UEFA Europa League fil-futur qrib.
L-avversarji tagħhom, RB Leipzig, se jingħataw bye awtomatiku għall-kwarti-finali wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.
Il-korp governattiv tal-football Ewropew kien diġà pprojbixxa lil Spartak milli jilagħbu l-partita tagħhom f’darhom fir-Russja.
Iżda issa qed jiġi rrapportat li l-UEFA ħadet aktar miżuri ħorox hekk kif se jitneħħu kompletament it-team Russu mill-kompetizzjoni.
Il-klabb qed jistenna avviż uffiċjali biex RB Leipzig jikkwalifikaw awtomatikament għall-kwarti-finali tal-kompetizzjoni.
Iċ-chairman tal-klabb Oliver Mintzlaff qal: “Aħna nkomplu nkunu f’kuntatt mill-qrib mal-assoċjazzjonijiet u għandna fiduċja sħiħa fil-UEA u d-deċiżjoni tagħhom.
“Qed nassumu li l-logħob se jiġi kkanċellat.”
Fi tmiem il-ġimgħa l-club żvela: “RB bħalissa jinsab f’taħditiet intensivi mal-UEFA dwar kif se jipproċedi fir-round tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League.