Monday, May 13, 2024

Il-mexxej Ukren jirrilaxxa ħabsin biex jiġġieldu lir-Russi

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, awtorizza r-rilaxx ta’ ħabsin li għandhom esperjenza fil-ġlied biex jgħinu kontra l-invażjoni Russa. Huwa ħabbar dan waqt indirizz li għamel f’dan il-ħames jum ta’ gwerra mar-Russja. 

Dalgħodu Zelensky qal li d-deċiżjoni “ma kinitx faċli mil-lat morali” iżda ġġustifika dan il-pass bħala bżonn għad-difiża tal-pajjiż. Fl-istess diskors huwa talab lis-suldati Russi biex jieqfu jiġġieldu fejn fakkarhomm li diġà tilfu 4,300 suldati Russi maqtula mill-Ukrajni.

“Neħħu l-armi minn idejkom. Itilqu. Temmnux lis-superjuri tagħkomm u temmnux lill-propagandisti. Sempliċiment, salvaw lilkom infushom,” insista Zelensky. 

Il-mexxej li għandu 44 sena ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex pajjiż jissieħeb mal-blokk “immedjatament fi proċedura speċjali”. Huwa qal li l-għan tal-Ukrajna huwa li jingħaqdu mal-Ewropej u li aktar minn hekk, li jkunu fuq l-istess livell tal-pajjiżi membri ta’ dan il-blokk.

Sport