Saturday, May 4, 2024

Arrestat ftit ħin qabel kellu jħalli Malta l-Pollakk mixli bi stupru

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Polonja, li kien arrestat fl-aħħar minuta abbord titjira li kienet se titlaq minn Malta, tressaq il-Qorti mixli bi stupru.  

Jerzy Maksymilian Krol tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Krol kien akkużat bi stupru, arrest illegali u li wettaq att sesswali mingħajr kunsens fuq il-vittma. L-inċident seħħ nhar il-25 ta’ Frar.

L-imputat ġie identifikat minn filmati tas-CCTV f’Paceville, iżda l-investigaturi kellhom jaġixxu malajr wara li rċevew informazzjoni li Krol kien se jħalli l-gżejjer fuq titjira lejn il-Polonja. 

Fil-Qorti, il-Pollakk ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur John Spiteri assistit mill-Avukati Angele Vella u Jean-Paul Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

L-Avukat Mark Mifsud Cutajar deher għall-imputat. L-Avukat Arthur Azzopardi deher parte-civile.

Sport