Fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023, is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittella’ spettaklu mill-aqwa ta’ briju organizzat, nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju 2023, waqt il-Marċ ferm popolari tal-Ġimgħa, fejn ser jiġi mfakkar it-30 Sena Anniversarju minn meta twaqqfet din l-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba.
Dan il-marċ ser ikun bis-sehem tal-ewwel Banda Imqabbija, il-Banda Madonna tal-Ġilju taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro Andrew Calleja.
Elementi nnovattivi flimkien ma’ features multiviżivi jakkumpanjaw il-briju, mużika u nar sabiex ikomplu jsebbħu l-atmosfera mill-isbaħ sinonima ma’ dan il-Marċ.
L-ispettaklu jibda’ fid-9:30pm fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, wara l-ispettaklu tan-nar tal-ajru. Għall-ħabta ta’ nofsillejl isir it-tlugħ tradizzjonali tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira, fost Devozzjoni u kant ta’ Innijiet Marjani.
Aktar ċelebrazzjonijiet oriġinali jsegwu fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-Każin tas-Soċjetà, fejn ser ikun hemm spettaklu ieħor, spettaklu ta’ briju organizzat ma’ DJ lokali fost elementi differenti sabiex dan il-marċ tassew ikun imżewwaq minn kollox.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79853044 jew www.talgilju.com.