24 persuna qed jinżammu detenuti wara li nstab illi kienu qed jgħixu Malta illegalment.
Wara diversi rapporti fil-jiem li għaddew, il-Pulizija investigat u bl-għajnuna tal-Uffiċjali tad-Detenzjoni, waslet sabiex iżżomm lill-persuni illi kienu ilhom illegalment Malta għal bosta
xhur.
Il-persuni twaqqfu f’diversi postijiet waqt spezzjonijiet li saru madwar il-Marsa. Il-persuni miżmuma, li nqabdu jgħixu u jaħdmu illegalment f’Malta, huma mill-Afrika u millAsja u mistennija jkunu ritornati lura għall-pajjiż tal-oriġini tagħhom jew lejn il-pajjiż fejn għandhom dritt illi jirrisjedu.

