Fl-aħħar jiem il-Pulizija rċeviet diversi rapporti b’rabta ma illegalitajiet li setgħu kienu qegħdin isiru fil-Ħamrun u l-Marsa.

Intant il-pulizija f’ħidma konġunta minn diversi taqsimiet fi ħdan il-korp, b’reazzjoni għal dawn ir-rapporti, nhar il-Ġimgħa, wettqu spezzjonijiet ġewwa ħwienet fi Triq Qormi u Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Ħamrun, kif ukoll ġewwa Ġnien is-6 t’Awwissu ġewwa l-Marsa.

Waqt dawn il-kontrolli ġew iċċekkjati d-dokumenti tal-persuni li nstabu f’dawn il-postijiet, u minn diversi tfittxxijet li saru, xi persuni nstabu fil-pussess tad-droga, filwaqt li ġew iċċekkjati wkoll il-permessi tal-istabbillimenti involuti.

Ġewwa Ġnien is-6 t’Awwissu fil-Marsa, instabu wkoll numru ta’ pakketti bid-droga kannabis, kif ukoll droga sintetika moħbija fil-ħamrija.