Id-Deputata Laburista Katya De Giovanni tkellmet dwar is-saħħa mentali u qalet li bi preparazzjoni għal din il-leġiżlatura, gvern Laburista għandu pjan ċar f’dan il-qasam. Fakkret li poplu bi gvern li jwieżnu jista’ jaħseb aħjar għax jibqagħlu aktar flus f’butu u hawnhekk fakkret kif il-gvern kien ta’ spalla matul il-pandemija u determinat issa li għaddejja l-invażjoni fl-Ukrajna billi żamm l-istabbilità fil-prezzijiet tal-enerġija. Tkellmet dwar il-bżonn li tonqos l-istigma u kif wieħed minn kull erba’ li jesperjenzaw sfidi ta’ saħħa mentali u ttamat li kulħadd jaqbel li spiċċa iż-żmien fejn nużaw metodi antikwati ta’ sptarijiet ’il bogħod mill-komunitajiet u li b’hekk għandu jkollna biżżejjed professjonisti li lesti joffri servizz ta’ kura speċjalizzata u skont il-bżonn tal-individwi fil-komunitajiet.
“Spiċċa ż-żmien il-metodi antikwati ta’ sptarijiet ’il bogħod mill-komunitajiet
Id-Deputata Laburista Katya De Giovanni