Thursday, March 28, 2024

“Nittama li l-Oppożizzjoni titgħallem mill-messaġġ b’saħħtu li għaddielha l-elettorat fis-26 ta’ Marzu”

Id-Deputat Laburista Alex Muscat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel diskors tiegħu f’din il-leġiżlatura, id-deputat Laburista Alex Muscat qal li l-poplu fis-26 ta’ Marzu ta’ messaġġ ċar liż-żewġ partiti. 

Muscat qal li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom x’jitgħallmu mir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Qal li jittama li l-Oppożizzjoni f’din il-leġiżlatura tinbidel il-mentalità tagħha u titgħallem mill-messaġġ b’saħħtu li għaddielha l-poplu fl-aħħar elezzjoni. 

Huwa kompla biex jgħid li l-aħħar elezzjoni kienet turija ta’ fiduċja fit-triq it-tajba li qabad dan il-gvern fl-aħħar snin. Kompla biex jgħid li fejn seta’ jsir aħjar, il-gvern irid ikun umli biżżejjed biex jagħmel dan.

Tkellem dwar kif gvern Laburista biddel il-wiċċ ta’ pajjiżna mill-2013 lil hawn lil hinn mit-toroq u affarijiet sbieħ oħrajn. 

Fakkar kif kien hawn min jidħak bir-road map tal-gvern, iżda kif f’disa’ snin biss, pajjiżna kompla jagħmel avvanzi kbar anke b’realtà ta’ pandemija li niżżlet għarkupptejhom il-ġganti ewropej.

Huwa qal li filwaqt li hemm parlamenti ewropej oħrajn li qegħdin ifasslu pjan biex jiġbru l-flus lura li taw lin-nies f’għajnuniet, il-gvern dejjem kien ċar li kull għajnuna li ta kienet għotja u li mhu se jiġbor xejn lura.

Muscat qal li jemmen li dan il-gvern għandu l-kredenzjali li mhux biss jippreżerva l-ekonomija tagħna, iżda anke jespandi niċeċ ġodda biex ikompli jinħoloq il-ġid li jasal għand in-nies.

Ekonomija

Sport