Sunday, April 28, 2024

Tony Sultana jinħatar Segretarju Permanenti Ewlieni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku approvat in-nomina tas-Sur Tony Sultana bħala Segretarju Permanenti Ewlieni, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.   In-nomina tas-Sur Sultana tressqet quddiem il-Kabinett tal-Ministri mill-Prim Ministru Robert Abela. Wara l-approvazzjoni tal-Kabinett, in-nomina ntbagħtet lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li l-approvazzjoni tagħha għaddiet għand il-President tar-Repubblika biex issir il-ħatra.   Din il-ħatra issa tidħol fis-seħħ fl-ewwel ta’ Ġunju 2022. 

Fl-aħħar snin is-Sur Sultana mexxa l-Malta Information and Technology Agency fl-irwol ta’ Chairman Eżekuttiv.  

Hu għandu 36 sena esperjenza fis-settur pubbliku u mexxa bidliet importanti biex tissaħħaħ id-diġitalizzazzjoni fis-settur pubbliku.  

Tul is-snin kien fdat bi proġetti maġġuri bħal ma kienu t-tmexxija tal-Euro IT Task Force u sistemi ġodda fissettur tal-enerġija.

Is-Sur Sultana hu kwalifikat fil-Matematika u l-Computing mill-Università ta’ Malta u fl-immaniġġjar mill-Università ta’ Anglia fir-Renju Unit.

 Il-Kabinett tal-Ministri rringrazzja wkoll lis-Sur Mario Cutajar tal-ħidma tiegħu bħala Segretarju Permanenti Ewlieni fl-aħħar snin.

Sport