Tuesday, April 23, 2024

“M’għandniex għażla ħlief li nwaqqfu kull importazzjoni ta’ żejt mir-Russja”

Id-Deputata Nazzjonalista Eve Borg Bonello

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-indirizz tagħha fil-parlament, id-deputata Nazzjonalista Eve Borg Bonello elenkat il-problema tat-tibdil fil-klima kkawżat minn attività umana li qiegħda thedded lid-dinja kollha. Ikkowtat studju xjentifiku ppubblikat fl-aħħar jiem li jgħid li f’temp ta’ ħames snin id-dinja se tisħon b’medja ta’ 1.5 gradi.

Hija qalet li hi taqbel mad-Deputat Prim Ministru li din il-ġlieda jeħtieġ li tkun missielta mingħajr partiġjaniżmu u qalet li mill-ġimgħa d-dieħla stess se tkun qiegħda tressaq proposti ambizzjużi li tispera li jkunu qegħdin jintlaqgħu tajbin mill-gvern.

Borg Bonello qalet li jeħtieġ li tittieħed azzjoni minnufih, għax Malta tista’ ssofri minn instabbilità bla preċedent jekk dan ma jsirx. Fakkret dwar d-deżertifikazzjoni tal-pajjiż u kif is-sjuf qegħdin ikomplu jiħraxu.

Id-Deputata Nazzjonalista tkellmet dwar id-dibattiti ta’ kuljum fl-Unjoni Ewropea rigward il-pjan ta’ direttivi u rakkomandazzjonijiet biex jonqsu l-emmissjonijiet.

Id-Deputata Nazzjonalista qalet li m’għandniex għażla ħlief li nwaqqfu kull importazzjoni ta’ żejt mir-Russja għax dan ir-reġim ma’ ħasibhiex darbtejn biex tinvadi nazzjon sovran biex nitbiegħdu mid-dipendenza fuq l-enerġija li tniġġeż u tissussidja l-awtokraziji. “Ma nistgħux nibqgħu naraw demm Ukren jinxtered bis-saħħa ta’ armi Russi ffinanzjati mix-xiri ta’ enerġija maħmuġa”, kompliet Borg Bonello filwaqt li ssuġġeriet li pajjiżna jinvesti fil-kapaċitajiet ta’ kull wieħed u waħda minna bi tmexxija għaqlija u ċara. 

Sport