Friday, May 3, 2024

Spiża ta’ €320,368 f’manutenzjoni fuq 35 ambulanza fl-aħħar xhur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ ambulanzi mad-dipartiment u l-entitajiet tal-Ministeru tas-Saħħa jammontaw għal 35 li jagħtu servizz f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

L-ispiża tal-manutenzjoni ta’ dawn l-ambulanzi għas-sena li għaddiet kienet ta’ €320,368.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Għal mistoqsija tal-istess deputat kull kemm jinbidlu, il-Ministru għas-Saħħa spjega li dan isir meta l-vetturi jiġu dikjarati mhux tajbin biex jipprovdu servizz.

Sport