Sunday, December 22, 2024

Spiżjar ta’ 81 sena akkużat li kien jagħti mediċini bla riċetta għal favuri sesswali

Aqra wkoll

Spiżjar ta’ 81 sena li jgħix f’Pennsylvania fl-Istati Uniti kien akkużat li kien jagħti mediċini bla riċetta lill-klijenti għal favuri sesswali.

Il-Pulizija f’Delaware County District infurmaw li Martin Brian kien arrestat li kien jagħti mediċini kontra l-uġiegħ bla riċetti u dan biex hu jingħata lura favuri sesswali mill-istess klijenti. 

L-investigazzjoni dwaru kienet ilha għaddejja sa minn April li għadda meta l-Pulizija infurmawh li kien hemm żewġ persuni li intilfu minn sensihom f’parkeġġ ftit bogħod mill-ispiżerija tiegħu. 

Waqt li l-Pulizija kienet għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jidentifikaw lil dawn il-persuni, huma nnutaw mara li ħarġet minn naħa ta’ wara tal-ispiżerija u wara ħareġ l-istess spiżjar. Il-Pulizija tkellmu magħhom iżda l-verżjonijiet ma qablux u kien hawn li l-Pulizija issuspettaw ħażin. 

Huma ġabru l-mowbajl tal-mara u hemm hekk sabu messaġġi tal-ispiżjar dwar kif kellha twieġeb lill-Pulizija. 

Infetħet investigazzjoni fuq l-ispizerija u minn awditjar li sar instabu għadd ta’ mediċini neqsin u spjegazzjoni ċara għal dan ma kienx hemm. Irriżulta li l-ispiżjar kien jixtri mediċini li jintużaw minn persuni ivvizzjati bid-droga. Fost dawn il-mediċini kien hemm Xanax u l-Fetanyl.  L-investigaturi sabu ukoll xejn inqas minn $50,000 fi flus kontanti. 

Mara li kienet investigata mill-Pulizija qalet li hi kienet tingħata mediċini mill-ispiżjar u dan għal favuri sesswali. 

Ekonomija

Sport