Friday, December 20, 2024

Splużjoni f’kamra tan-nar fl-1990… min jaf xi ħsibijiet għaddew minn moħħ il-Papa

Aqra wkoll

Paul Bonello, l-eks uffiċjal involut mill-qrib fis-sigurtà waqt żjarat ta’ papiet tal-passat ikompli jgħid lli “għall-ħabta ta’ nofsillejl kellna  sorpriża oħra fejn sfortunatament splodiet parti mill-kamra tan-nar ta’ San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ir-rescue unit tal-SAG ħarġu jassistu. L-għada l-Ħadd 27 ta Mejju tas-sena 1990 kien  il-qofol taż-żjara. Żgur li filgħodu issemmiet l-isplużjoni li l-Papa semgħa u llum ngħid li min jaf x’għadda mill-ħsieb tal-Papa peress li hu stess kien suldat fi żmien il-gwerra.”

L-ewwel laqgħa saret fil-knisja ta  San Ġiljan u wara fil-istadium Ta’ Qali fejn il-Papa tefa’ ballun lejn iż-żgħażagħ preżenti. Wara żar il-Grotta ta’ San Pawl, l-artal armat bl-istess libsa ta’ Corpus Domini u qatta ħin twil mhux ħażin bilqiegħda fuq bank fil-korsija jitlob u jitpaxxa bl-artal maġġur. Il-Papa ħareġ mill-knisja u mar fuq iz-zuntier fejn żar il-morda preżenti u flimkien mal-mibki Arcipriet Dun Benjamin Tonna mexxa l-Angelus min fuq iz-zuntier li ntwera dirett fuq ir-RAI.

Ekonomija

Sport