Saturday, December 14, 2024

Splużjoni tal-gass f’restorant fiċ-Ċina ħalliet madwar 30 persuna mejta

Aqra wkoll

Disa’ persuni qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ splużjoni li seħħet matul il-lejl li għadda f’restorant fil-belt ta’ Yinchuan, iċ-Ċina, fejn tilfu ħajjithom madwar 30 persuna. S’issa l-indikazzjonijiet huma li l-isplużjoni seħħet kawża ta’ leakage minn xi ċilindri tal-gass.

B’reazzjoni għal dan l-inċident, il-President Ċiniż Xi Jinping sejjaħ il-forzi kollha tas-salvataġġ sabiex imorru fuq il-post. Huwa qal ukoll li hija mistennija li tinfetaħ investigazzjoni rigward dan il-każ. Huwa qal ukoll; “Irridu nagħmlu l-almu tagħna biex insalvaw il-midruba u nassiguraw lill-familji tal-vittmi, nidentifikaw il-kawża tal-inċident kemm jista ‘jkun malajr, u nsegwu bis-serjetà r-responsabbiltà skont il-liġi “.

L-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-pajjiż, Xinhua qalet li l-maġġorparti tan-nies li tilfu ħajjithom huma studenti tas-sekondarja. Huma irrapurtaw ukoll li n-numru ta’ mwiet mistenni jiżdied. Dan hekk kif hemm min tal-inqas seba’ persuni midruba, li waħda minnhom tinsab f’qagħda kritika.

Filmati li xxandru fuq il-midja soċjali urew li bosta pumpieri iġġieldu konra l-ħin sabiex jitfu in-nirien. Min-naħa tiegħu il-Ministeru tal-Ġestjoni tal-Emerġenza qalet li b’kollox fuq il-post inbagħtu madwar mitt pumpier u għoxrin vettura tat-tifi tan-nar.

Skont investigazzjoni preliminari illi saret mid-dipartiment tat-tifi tan-nar, impjegat tar-ristorant qal li xamm riħa qawwija ta’ gass siegħa biss qabel seħħet l-ispużjoni. L-istess impjegat skopra li kien hemm valv miksur fuq tank tal-gass

L-isplużjoni seħħet lejliet il-vaganza ta’ tlett ijiem fejn fil-pajjiż jiġi ċċelebrat il-festival tad-draguni bid-dgħajjes. Għalhekk dan huwa żmien partikolari fejn bosta familji u ħbieb jiltaqgħu u jinġabru għal ikliet f’din l-okkażjoni tant speċjali.

Ekonomija

Sport