Sunday, December 22, 2024

Sptar fil-Polonja jirrifjuta li jsir abort fuq tfajla b’diżabbiltà li ġiet stuprata minn membru tal-familja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 14-il sena b’diżabilità li ħarġet tqila wara li sfat vittma ta’ stupru ġiet miċħuda milli jsirilha abort mill-isptarijiet fil-Polonja. Sabiex tittermina t-tqala tagħha, iż-żagħżugħa ntalbet biex tivjaġġa lejn il-belt kapitali tal-Polonja, Varsavja wara li fil-provinċja fejn tgħix kienet ipprojbitha milli tagħmel dan.

Il-każ kien irrappurtat għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa minn Federa, għaqda mhux governattiva li tappoġġja d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa. Huma żvelaw li ż-żagħżugħa, li għandha diżabilità intellettwali kienet ġiet stuprata minn zijuha.

Skont l-istess NGO, iz-zija tat-tfajla kienet ta’ għajnuna kbira. Hija qalet li minkejja li sar l-istupru, it-tfajla ma kinitx taf xi tfisser li persuna tkun tqila, minħabba d-diżabiltà tagħha. Hi talbet biex isirilha abort f’Podlasie, fil-provinċja tal-grigal fejn tgħix, iżda mill-isptar intqalilha li minħabba raġunijiet ta’ kuxjenza ma setgħux jaċċettaw it-talba tagħha. Dan kollu wassal biex iz-zija ikkuntatjat lil għaqda mhux governattiva Federa, fejn irranġat sabiex l-abort isir f’Varsavja.

Kelliem għall-Ministeru tas-saħħa kkonferma li l-isptarijiet lokali tal-Polonja naqsu milli jikkonformaw mar-regoli. Il-Kummissarju għad-drittijiet tal-pazjenti ordna li ssir investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ. Il-politiċi tal-Oppożizzjoni tal-Polonja saħqu li l-inċident huwa eżempju tal-konsegwenzi tal-liġijiet stretti li hemm fil-Polonja, li huma appoġjati mill-Gvern.  

Ekonomija

Sport