Monday, December 23, 2024

Sptarijiet fil-Brażil f’sitwazzjoni prekarja minħabba nuqqas ta’ ossiġnu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sptarijiet fil-belt Brażiljana ta’ Manaus jinsabu f’sit- wazzjoni kritika ħafna fil-kura tal-pazjenti li qed ibatu mill-Covid-19 hekk kif jidher hemm provvista baxxa ħafna ta’ ossiġnu. 

Uffiċjali tas-saħħa wissew li “ħafna persuni” jistgħu jmutu minħabba nuqqas ser- ju fil-provvisti u fl-assistenza li tingħata. Għadd ta’ infermiera u tobba saħansitra għamlu talbiet fuq il-midja soċjali għall-għajnuna hekk kif minħabba n-nuqqas ta’ provvisti huma qed ikollhom jagħtu l-ossiġnu lill-pazjenti b’ventilazzjoni li taħdem b’mod manwali. 

Il-Brażil s’issa kellu xejn inqas minn 205,000 mewt kawża tal-Covid-19 – it-tieni l-ikbar numru fid-dinja wara l-Istati Uniti tal-Amerika. 

Fl-aħħar jiem kien ukoll irrapportat varjant ġdid ġewwa l-Brażil, liema varjant jidher li tfaċċa fir-reġjun ta’ Amazonas. Dan il-varjat kien ġie interċettat fil-Ġappun fost persuni li kien għadhom ġejjin mill-Brażil. 

Ekonomija

Sport