Stabat Mater huwa l-isem tal-Kunċert għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa li l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ser tippreżenta nhar il-Ħamis, 30 ta’ Marzu fis-7.30pm, fil-knisja Parrokkjali ta’ Sant’ Andrija Appostlu f’Ħal Luqa, propju lejlet il-ġurnata għaziza ddedikata lid-Duluri li tkun ċċelebrata sebat ijiem qabel jum il- Ġimgħa l-Kbira.
Dan il-Kunċert ser ikun qiegħed jittella’ wkoll f’sena fejn l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija qed tfakkar il- 140 sena mit-twaqqif tagħha.
Kif jixhed l-isem, it-tema principali tal-Kunċert hija l-Muzika sagra adattata għal dawn iz-zminijiet mill-pinna ta’ wħud mill-akbar kompozituri internazzjonali u wkoll Maltin.
Fil-Kunċert ser jiġu esegwiti 11-il silta muzikali b’kompozizzjoni ta’ Luigi Cherubini, Giovanni Battista Pergolesi, Wolfgang Amadeus Mozart, Guiseppe Verdi, Gioachino Rossini, Gregorio Allegri, Gabriel Faure kif ukoll xogħolijiet mill-kompozituri Maltin Vincenzo Caruana Spiteri u Ray Sciberras.
Il-Banda Sant’ Andrija ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mro Michael Pulis. Flimkien mal- Banda, ser jieħdu sehem is-Sopran Claire Caruana, l-alto Graziella Debattista, it-tenur Alan Sciberras, il- baxx Alfred Camilleri, il-klarinettista Christopher M. Camilleri flimkien mal-Kor Cappella Musicale Caeciliana.
Iktar dettalji fuq dan il-Kunċert jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna tas-Soċjeta’ fuq facebook: https://www.facebook.com/ghaqdamuzikalisantandrija.
Id-dħul huwa b’xejn izda ‘l pubbliku huwa ġentilment mitlub jirriserva post billi jċempel fuq in-numri 79055527 jew 99867533.