Tuesday, April 23, 2024

Il-GWU b’tilwima u azzjoni industrijali dwar il-health care workers

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union iddikjarat tilwima u azzjoni industrijali sabiex il-health care workers li jaħdmu mas-servizz pubbliku u anke care workers tal-privat, membri tal-GWU, li qegħdin f’entitajiet taħt is-settur tas-saħħa u tal-anzjanità attiva ma jagħmlu l-ebda dmirijiet tal-qwiebel u l-infermiera li qed isegwu d-direttivi ta’ azzjonijiet industrijali li ngħataw minn trejd unjin oħra. Din id-direttiva tgħid li dawn ma għandhomx jaċċettaw xogħol li mhux soltu jagħmlu minħabba dawn l-imsemmija direttivi.

Wara li l-GWU ġiet infurmata li daħlu diversi azzjonijiet industrijali mill-infermiera u l-qwiebel f’diversi entitajiet taħt is-settur tas-saħħa pubblika kif ukoll tal-anzjanità attiva, il-health care workers li jaħdmu mas-servizz pubbliku u anke care workers tal-privat, il-GWU ħarġet dawn id-direttivi sabiex tipproteġi l-membri tagħha mill-konsegwenzi li direttivi ta’ trejd unjin oħra seta’ jkollhom fuqhom.

Għalhekk, skont il-Ftehim Kollettiv kurrenti tas-Servizz Pubbliku, artiklu 9.4(i), il-GWU qed tiddikjara tilwima u azzjoni industrijali sabiex il-membri tal-GWU li jaħdmu fl-entitajiet li jaqgħu taħt is-settur tas-saħħa pubblika kif ukoll tal-anzjani ma jagħmlux u/jew ma jaċċettawx xogħol ġdid li suppost isir mill-ħaddiema li qed isegwu d-direttivi ta’ unjin oħra.

Dawn id-direttivi jgħoddu għall-membri tal-GWU biss li jaħdmu ġewwa entitajiet taħt is-settur tas-saħħa pubblika kif ukoll tal-anzjanità attiva.

Sport