Nhar il-Ħamis li għadda, il-Parlament Taljan approva mozzjoni biex li Stadio Olimpico ta’ Ruma jingħata isem ġdid għall-eroj rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1982 Paolo Rossi, li miet fl-età ta’ 64 sena, sena ilu.
Il-mozzjoni, li għaddiet b’387 vot kontra xejn, timpenja lill-gvern biex jiżen il-possibbiltà li jsemmi dan il-’monument’ wara l-eks stilla ta’ Vicenza, Juventus u Milan, li spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer tat-tournament li sar fi Spanja hekk kif fil-finali l-Azzurri kienu għelbu lill-Ġermanja tal-Punent bl-iskor ta’ 3-1, wara li fit-tieni gruppi kien ukoll il-protagonista bi trippletta fir-rebħa ta’ 3-2 kontra l-Brażil li kienu l-favoriti netti li jirbħu l-akbar unur mondjali.
Din il-mozzjoni tressqet mid-Deputat taċ-Ċentru-Lemin ta’ Forza Italia, Pierantonio Zanettin.