Sunday, May 19, 2024

Lorenzo Insigne viċin li jingħaqad ma’ Toronto FC

Aqra wkoll

Lorenzo Insigne aċċetta t-termini perso­nali mal-club tal-Major League Soccer, Toronto FC, u lest ‘ipoġġi l-pinna fuq il-karta’.

L-attakkant internazzjonali Taljan ta’ 30 sena mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Napoli wara waqfien fit-taħditiet bejnu u bejn il-president tal-club, Aurelio De Laurentiis, u issa qed jipprepara biex jiffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-club Kanadiż.

Kif irrappurtat mill-media Taljana, Insigne laħaq ftehim li jiffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Toronto li jiswa €15.5 miljuni gross kull staġun inklużi żidiet oħra, li jitla’ għal €7.75 miljuni netti kull staġun inklużi żidiet u benefiċċji oħra, bħal dar, karozza u titjiriet. Dan ġie rapportat ftit jiem ilu u issa waslet aktar konferma.

De Laurentiis offra lil Insigne kuntratt ta’ erba’ snin li jiswa €3.5m netti kull staġun flimkien ma’ €1 miljun f’żidiet oħra li diffiċli biex jinkisbu, inqas minn dak li jaqla’ bħalissa.

Il-player, min-naħa tiegħu, kien lest li jġedded il-kuntratt fuq il-bażi ta’ €5 miljun netti kull staġun, l-istess kif jaqla’ bħalissa, iżda l-president ta’ Napoli rrifjuta li jqabbel dan.

L-istaġun tal-MLS jibda f’Marzu u għalhekk Insigne dalwaqt se jmur bil-pinna, lest li jibda l-ħajja ġdida tiegħu fil-Kanada.

Sport