Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Slovakk Stanislav Lobotka kellu jħalli lit-tim nazzjonali bla kliem u bla sliem wara li tħabbret il-mewt ta’ missieru.
Il-kowċ Francesco Calzona u t-team manager Marek Hamsik marru immedjatament fuq il-plejer sabiex juru s-solidarjeta’ tagħhom flimkien mal-kollegi l-oħra sħabhom għal din it-telfa xejn mistennija.
Anke l-klabb tiegħu Napoli wrew is-solidarjeta’ tagħhom u kitbu fuq il-mezzi soċjali li Stanislav Sr ħalla din id-dinja.