Monday, May 13, 2024

Felipe Melo jġedded ma’ Fluminense

Aqra wkoll

Id-difensur veteran Felipe Melo ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Fluminense sal-31 ta’ Diċembru 2024. Felipe Melo għandu 40 sena iżda għadu determinanti għat-tim tiegħu fejn apparti l-grinta tas-soltu, għadu ferm ħafif u spiss ixejjen attakki tal-avversarji.

Fl-istaġun li għadda, hu lagħab 37 partita u skorja żewġ gowls. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Juventus u Inter.

Melo qal li għadu jħossu fiżikament tajjeb u jinsab kuntent li għadu jilgħab il-logħba li tant iħobb.

Sport