Il-Malta Enterprise ilha torganizza l-Istart Up Café sa mill-2016, iżda din is-sena dan l-avveniment ser jkun qed jikber fejn qed tigi organizzata l-ewwel edizzjoni ta’ Startup Festival! L-Istartup Festival ġie maħsub bħala ċelebrazzjoni tal-ekosistema tal-istartups f’Malta u biex jigi immarkat l-20 Anniversarju tal-Kordin Business Incubation Centre (KBIC). Dan ic-centru pprovda launchpad għal diversi startups u llum jiftaħar b’diversi stejjer ta’ suċċess. L-Istartup Festival se jsir bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru 2021 propju fiċ-Ċentru ta’ Kordin Business Incubation.
L-Istartup Festival huwa l-qofol tal-isforzi tal-Malta Enterprise fir-rigward ta’ startups, peress li jlaqqa’ diversi esperti f’workshops differenti, li jiffokaw fuq tliet pilastri ewlenin; sostenibbiltà, diġitalizzazzjoni u innovazzjoni. Il-programm jinkludi workshops, taħditiet ta’ ispirazzjoni u atmosfera ta’ netwerking! Bhala participant ser tkun tista tiltaqa ma’ fundaturi ta’ startups, kumpaniji scale-ups, esperti fil-qasam tan-negozju, l-entitajiet tal-gvern inkluz mat-tim tagħna tal-Malta Enterprise u l-Business First.
Fit-tnehdija tal-festival i-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega kif l-Malta Enterprise qed tiffoka iktar fuq l-istartups permezz tat-twessieh u z-zieda tal-inċentivi finanzjarji tagħna matul l-aħħar sena fejn llum għandna pakkett attraenti ħafna. Ikkonsolidajna wkoll l-ekosistema tal-istartups f’Malta permezz tat-tnedija tal-portal nazzjonali startinmalta.com, f’Marzu 2021. Barra minn hekk, l-isforzi tal-Malta Enterprise għandhom jissaħħu kif imħabbar fil-Baġit 2022, hekk kif il-Korporazzjoni tinsab fi stadju avvanzat ta’ diskussjoni mal-Aġenzija ta’ Residenza ta’ Malta biex tniedi l-Istartups Residence programme.
ME se tkun qed tistabbilixxi wkoll il-Blue Med Hub li se jġib flimkien startups u sforzi ta’ investiment b’rabta mal-Blue Economy.
Il-Festival tal-Istartups huwa ċelebrazzjoni peress li din is-sena huwa l-20 Anniversarju tal-KBIC. Il-Festival ser jenfasizza diversi stejjer ta’ suċċess li kienu bdew minn KBIC, u llum kibru lejn l-ufficini taghhom u zviluppaw sew il-prodotti u s-servizzi taghhom fejn whud jesportaw madwar id-dinja. Ser tingahta wkoll vizibilita lill ghadd ta progetti li qieghdin joperaw fil-KBIC bhalissa.
Il-Malta Enterprise tappella lil startups u parteċipanti interessati biex iżuru https://startinmalta.com/ biex jiċċekkjaw il-programm u jirreġistraw għall-workshops fuq Start in Malta | Start-up Festival – Registration Page . Rappreżentanti tal-one stop shop tal-Malta Enterprise – Business First – se jkunu preżenti wkoll li jistgħu joffru gwida, assistenza u servizzi kif normalment offruti mill-uffiċini tagħnafl-Imriehel.