Monday, December 23, 2024

Statistika inkwetanti – stupru kull 68 sekonda fl-Amerika

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-vjolenza sesswali taffettwa miljuni ta’ Amerikani. Statistika verament inkwetanti turi li f’dan il-pajjiż, li suppost insejħulu avvanzat, ċivili u żviluppat – ta’ kull 68 sekonda hemm persuna li ssofri attakk sesswali. Bħala medja huwa stmat li ta’ kull sena jkun hemm 463,634 vittmi ta’ stupru u/jew attakk sesswali li l-etajiet tagħhom jibdew minn 12-il sena ‘l fuq.

L-atti kriminali f’dan il-pajjiż huma varji bl-aktar wieħed komuni huwa l-ħruq u s-serq tal-proprjetà, segwit minn serq u vjolenza. L-aktar tipi komuni ta’ vjolenza huma – dik aggravata fuq il-persuna; vjolenza waqt serq u vjolenza permezz ta’ stupru. L-istatistiċi juru sitwazzjoni serja ħafna iżda minħabba li ħafna mill-attakki u/jew stupri m’humiex irrapportati, in-numru totali ta’ dawn l-atti kriminali ma jagħtix stampa ċara tal-gravità.

Fi studju mill-aġenzija “RAINN” jingħad li s-sistema ġudizzjarja qiegħda tonqos lill-vittmi ta’ dawn l-attakki minħabba li l-maġġoranza assoluta tal-predaturi rrapportati, ma jintbagħtux il-ħabs. Jingħad li minn kull 1,000 każ ta’ attakk sesswali, 975 tal-agressuri jibqgħu fit-toroq Amerikani. L-istatistika ta’ “RAINN” turi kif minn 310 każijiet ta’ din ix-xorta rrapportati lill-pulizija, 50 minnhom iwaslu għal arrest; 28 minnhom jingħataw sentenza sospiża, mentri 25 minnhom jintbagħtu l-ħabs.

L-istess rapport juri kif huma biss terz tal-attakki li jiġu rrapportati lill-pulizija. L-akbar raġuni li twassal biex il-vittmi ma jirrapportawx l-attakk sesswali soffert hija dik li jridu jipproteġu lill-qraba u lilhom nnifushom milli jerġgħu jkunu mmarkati mill-agressur f’att kriminali ieħor. 

Sfortuntament, il-biżgħa fost dawn il-vittmi  hija ċara u fatt. Dawn jippreferu jibqgħu siekta fit-tbatija tagħhom milli jirrapportaw u jmexxu l-każ quddiem il-ġustizzja.

Ekonomija

Sport