Monday, December 23, 2024

STATISTIKA XOKKANTI: Aktar minn 100 tabib u infermier imutu fl-Italja kaġun tal-coronavirus

Aqra wkoll

300 impjegat tas-saħħa ġew infettati bil-Covid-19 minn sptar wieħed biss fir-reġjun tal-Lombardia

Aktar minn 100 tabib u infermier mietu fl-Italja kaġun tal-coronavirus. Dan hekk kif il-midja lokali qed tirrapporta li diversi impjegati fi sptarijiet lokali qed jgħixu trawma hekk kif qed jaraw lill-kollegi tagħhom imutu.

Tant li bosta qed jistaqsu “Min se jkun li jmiss?”, wara li sar magħruf li 80 tabib u 21 infermier mietu kaġun tal-virus qattiel.

Fl-Italja żewġ infermieri wettqu suwiċidju mindu bdiet l-pandemija li s’issa qatlet aktar minn 15,800 persuna fil-pajjiż, filwaqt li infettat lil 124,600 persuna.

Fir-reġjun tal-Lombardia, mat-300 impjegati mediku ġew infettati bil-Covid-19 minn sptar wieħed biss. Dan filwaqt li madwar il-pajjiż kollu mat-12,000 impjegat tas-saħħa sfaw infettati.

Ġurnali lokali qed jgħidu li r-rata għolja ta’ infezzjonijiet kienet ikkawżata minn nuqqas ta’ tagħmir protettiv fil-bidu tal-pandemija.

Ekonomija

Sport