Tuesday, December 24, 2024

Stazzjon televiżiv Russu “kkastigat” wara li filmat ta’ Putin ixxandar ħażin 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kapijiet ta’ stazzjon tel-eviżiv Russu se jkunu qegħdin jiġu “kkastigati” wara li fil-filmat tal-messaġġ tal-aħħar tas-sena Vladimir Putin deher b’nofs rasu mhix inkwadrata. 

Il-persuni li jmexxu l-istazzjon televiżiv li jinsab f’Kaliningrad qalu li dan seħħ minħabba ħsarat tekniċi u mhux biex jitwassal xi for- ma ta’ messaġġ ta’ protesta kontra l-mexxej Russu. 

Din il-kontroversja qamet meta kien qiegħed jixxandar l-itwal diskors li Putin qatt għamel f’dan iż-żmien tas-sena. Waqt id-diskors il-parti mill-imnieħer ’il fuq ma kinitx qiegħda tidher fl-istampa. Jidher li waqt li kien 

qiegħed jixxandar id-diskors, l-edituri tal-istazzjon televiżiv Khaskad TV indunaw b’dan kollu u waqqfu l-messaġġ kemm minn fuq it-televiżjoni u anke fuq l-internet. 

Il-kapijiet tal-istazzjon qalu li din kienet ħsara teknika fil-kamra tal-kontroll u bdiet investigazzjoni dwar dan. L-istazzjon għamel apoloġija lis-segwaċi iżda ma ssemmiet l-ebda apoloġija fil-konfront ta’ Putin. 

Bosta kienu dawk li inter- pretaw dan il-każ bħala mes- saġġ ta’ protesta kontra Putin, u dan hekk kif il-messaġġ li xandar il-gvernatur tar-reġjun Anton Alikhanov ftit tal-minuti qabel dak ta’ Putin ma kellu l-ebda problemi. 

Ekonomija

Sport